23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/56
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Nynäs Petroleum u Nynas Petróleo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-482/07)
(2008/C 51/101)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AB Nynäs Petroleum (Stokkolma, l-Iżvezja) u Nynas Petróleo, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Beard, Barrister u M. Dean, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni safejn tapplika għal Nynas għall-perijodu ta' bejn l-1991 u l-1996;
—
tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni safejn tapplika għal Nynas fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-prezzijiet;
—
tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni safejn jimponi multi ta' EUR 10 642 500 fuq Nynas SA u EUR 10 395 000 fuq AB Nynäs, jew, sussidjarjament, tnaqqas il-multa skond kif inhu approprjat;
—
tordna l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors iegħed jiġi mitlub l-annullament parzjali, skond l-Artikolu 230 KE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)4441 finali tat-3 ta' Ottubru 2007 dwar proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/38.710 — Bitum — Spanja) li biha l-Kummissjoni sabet li r-rikorrenti, Nynäs Petroleum u Nynas Petróleo (ikkunsidrati flimkien “Nynas”), fost impriżi oħra, ipparteċipaw f'numru ta' akkordji u prattiċi miftiehma fin-negozju tal-bitum ta' penetrazzjoni li kienu jkopru t-territorju ta' Spanja u li kienu jikkonsistu f'akkordji ta' diviżjoni tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet; kif ukoll/jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti skond l-Artikolu 229 KE.
Ir-rikors huwa bbażat fuq dawn il-motivi:
(i)
Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni żbaljat fl-evalwazzjoni tagħha tat-tul taż-żmien ta' l-involviment ta' Nynas fl-allegati akkordji ta' diviżjoni tas-suq, b'mod partikolari billi sostniet li Nynas ipparteċipat fil-ksur allegat bejn l-1991 u l-1996.
(ii)
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni żbaljat fil-konstatazzjoni tagħha li Nynas kienu involuti fl-allegat ksur ta' ffissar ta' prezzijiet.
(iii)
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni żbaljat fl-evalwazzjoni tagħha tal-livell ta' involviment ta' Nynas f'ċertu aspetti tal-ksur u meta ffissat il-livell approprjat tal-multa imposta fuq Nynas.
Full & Egal Universal Law Academy