8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/44
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Cabel Hall Citrus vs L-UASI — Casur (EGLÉFRUIT)
(Kawża T-488/07)
(2008/C 64/73)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cabel Hall Citrus Ltd (Grand Cayman, Cayman Islands) (rappreżentant: C. Rogers, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Casur S. coop. Andaluza (Viator, Spanja),
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta' Settembru 2007 ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI fil-każ R 293/2007-1;
—
tordna li d-Diviżjoni tal-Kanċellament rilevanti ta' l-UASI tiddikjara invalida r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 517 431 EGLÉFRUIT;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “EGLÉFRUIT” għal prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 31 — Trade mark Komunitarja Nru 3 517 431
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Casur S. coop. Andaluza
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade marks verbali u figurattivi Komunitarji u nazzjonali “UGLI” għal prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 għaliex il-Bord ta' l-Appell applika b'mod ħażin it-test ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti
Full & Egal Universal Law Academy