8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/44
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Insight Direct USA vs L-UASI — Net Insight (Insight)
(Kawża T-489/07)
(2008/C 64/74)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Insight Direct USA, Inc. (Tempe, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Gilbert u M. Moore, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Net Insight AB (Stokkolma, L-Iżvezja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
L-annullament tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-20 ta' Settembru 2007, fil-Kawża R 1428/2006-2, l-annullament taċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni għas-servizzi kollha fil-klassijiet 37 u 42 u s-servizzi miċħuda fil-klassi 35 kif ukoll l-awtorizzazzjoni ta' l-applikazzjoni fir-rigward tas-servizzi kollha li għalihom ġiet ippreżentata l-applikazzjoni.
—
tikkundanna lill-UASI u lill-partijiet l-oħra jbatu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Insight” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 37 u 42 — applikazzjoni Nru 3 309 002
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Net Insight AB
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Komunitarja u nazzjonali “NET INSIGHT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa u parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Skond ir-rikorrenti, il-Bord ta' l-Appell wettaq żball meta identifika l-elementi dominanti u distintivi tat-trade mark preċedenti u ma ħax in kunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha fl-evalwazzjoni tax-xebħ tal-prodotti u servizzi in kwistjoni. Barra minn hekk, il-Bord ta' l-Appell naqas milli jikkunsidra l-fatturi rilevanti kollha fir-rigward ta' l-evalwazzjoni globali fid-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.
Full & Egal Universal Law Academy