23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/59
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Dicembru 2007 — GlaxoSmithkline SPA vs L-UASI — Serono Genetics Institute (FAMOXIN)
(Kawża T-493/07)
(2008/C 51/107)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GloxoSmithkline SPA (Verona, l-Italja) (rappreżentant: G. Richard, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Serono Genetics Institute SA (Evry, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-14 ta' Settembru 2007 fil-każ R 8/2007-1 u tiddikjara t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità imressqa mir-rikorrenti bħala fondata;
—
tannulla l-kundanni kollha għall-ispejjeż magħmula kontra r-rikorrenti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, u tornda lil dan ta' l-aħħar ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali Komunitarja “FAMOXIN” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 — Applikazzjoni Nru 2 491 298
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Serono Genetics Institute SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali nazzjonali “LANOXIN” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b) u 52 tar-Regolament (KE) 40/94.
Full & Egal Universal Law Academy