15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/54
Appell ippreżentat fit-2 ta' Mejju 2008 minn Erika Krcova kontra s-sentenza mogħtija fit-18 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-112/06, Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-498/07 P)
(2008/C 209/98)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Erika Krcova (Trnava, is-Slovakja) (rappreżentant: J. Rooy, avukat)
Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellanti
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-18 ta' Ottubru 2007, Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F-112/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra),
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tas-17 ta' Ottubru 2005, li permezz tagħha l-appellanti ġiet imkeċċija fi tmiem il-perijodu ta' prova tagħha u, safejn meħtieġ, id-Deċiżjoni tas-16 ta' Settembru 2005, li ttawwal il-perijodu ta' prova tagħha b'xahrejn, u r-rapport ta' prova tat-12 ta' Settembru 2005 li jikkonkludi għat-tkeċċija tagħha,
—
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż sostnuti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta' l-appell preżenti, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP), tat-18 ta' Ottubru 2007, mogħtija fil-kawża Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, F-112/06, li tiċħad ir-rikors li permezz tiegħu l-appellanti talbet l-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar it-tkeċċija ta' l-appellanti fi tmiem il-perijodu ta' prova tagħha.
L-appellanti takkuża lit-TSP, li ddeċieda ultra petita u li interpreta b'mod żbaljat l-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej
Full & Egal Universal Law Academy