8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/53
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2007 — RS Arbeitsschutz vs L-UASI — RS Components (RS)
(Kawża T-501/07)
(2008/C 64/84)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: R.S. Arbeitsschutz Bedarfshandesgesellschaft mbH (Kaltenkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Ivens, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: RS Components Ltd (Corby, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tas-16 ta' Ottubru 2007, innotifikata lir-rikorrent fis-26 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża R 531/2007-2 u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tat-13 ta' Frar 2007 dwar l-Oppożizzjoni Nru B 902 660.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva Komunitarja komposta minn rappreżentazzjoni stilizzata ta' id jew ingwanta u ta' l-ittri majjuskoli “RS” għal prodotti fil-klassi 9, 17 u 25 — rikors Nru 4 113 981
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: RS Components Ltd
Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark figurattiva “RS” Komunitarja għal prodotti fil-klassi 9, 17 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.
Full & Egal Universal Law Academy