Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Novembru 2007 –
Cemex UK Cement vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-13/07)
“Rikors għal annullament – Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tar-Renju Unit – Kompetenza ta’ l-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta’ emissjonijiet – Nuqqas ta’ interess dirett u individwali – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 41 u 56)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5618/4, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, innotifikat mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
M’hemmx lok li tittieħed deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ippreżentata minn Castle Cement Ltd.
3)
Cemex UK Cement Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
4)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy