Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ Mejju 2007 – Kronberger vs Il-Parlament
(Kawża T-18/07 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet ta’ għoti – Urġenza –“Fumus boni juris” – Kundizzjonijiet kumulattivi (Artikolu 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23-24)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà – Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali – Nuqqas ta’ rilevanza – Limiti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 104(1)) (ara l-punt 27)
3. Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 37-38)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex tinkiseb, minn naħa, dikjarazzjoni provviżorja ta’ l-invalidità ta’ l-allokazzjoni ta’ siġġu fil-Parlament Ewropew lill-persuna li attwalment iżżomm dan is-siġġu u, min-naħa l-oħra, l-allokazzjoni provviżorja ta’ l-istess siġġu lir-rikorrent.
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy