Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Mejju 2009 – US Steel Košice vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-22/07)
“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Att ta’ Adeżjoni – Kundizzjoni imposta fuq il-benefiċjarju li jnaqqas il-bejgħ tiegħu ta’ prodotti ċatti fl-‘Unjoni Estiża’ – Ittra tal-Kummissjoni li tinterpreta l-kundizzjoni bħala li tapplika għas-suq Bulgaru u dak Rumen mid-data tal-adeżjoni tagħhom – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Att li jipproduċi effetti legali vinkolanti - Ittra ta’ dipartiment tal-Kummissjoni, indirizzata lil Stat Membru, li tirrigwarda l-kwistjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ kunċett u li tistieden lill-Istat Membru għad-diskussjoni - Esklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 40-45)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2006, sa fejn din tinterpreta l-kundizzjoni imposta fuq ir-rikorrenti li tnaqqas il-bejgħ tagħha ta’ prodotti ċatti fl-“Unjoni Estiża” bħala li tapplika wkoll, mill-1 ta’ Jannar 2007, għas-suq Bulgaru u dak Rumen.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
US Steel Košice s.r.o. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3)
Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy