Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Lipor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-26/07)
“Rikors għal annullament – Fond ta’ Koeżjoni – Regolament (KE) Nru 1164/94 – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Artikolu 12(1)(h)); Regolament tal‑Kummissjoni Nru 1831/94, Artikoli 5(2) u 7) (ara l-punti 39-54)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5008, tas-17 ta’ Ottubru 2006, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond ta’ Koeżjoni għal ċerti proġetti li jikkonċernaw impjant ta’ inċinerazzjoni tal‑iskart solidu urban ta’ oriġini domestika fir-Reġjun ta’ Porto.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Serviço Intermunicipalizado de Gestão de Resíduos do Grande Porto (Lipor) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy