Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2007 – Fels-Werke et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-28/07)
“Rikors għal annullament – Direttiva 2003/87/KE – Sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Ġermanja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 – Deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Kummissjoni – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 9 u 11) (ara l-punti 59-61)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Fels-Werke GmbH, Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH u Spenner-Zement GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy