Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2008 – Denka International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-30/07)
“Rikors għal annullament – Direttiva 2006/92/KE – Livelli massimi applikabbli għar-residwi ta’ dichlorvos – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Direttiva 2006/92 li tistabbilixxi l-livelli massimi applikabbli għar-residwi ta’ dichlorvos (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414; Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92, Artikolu 2(b), u Anness II) (ara l‑punti 54-80)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE, tad-9 ta’ Novembru 2006, li temenda l-annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi applikabbli għar-residwi ta’ captan, dichlorvos, ethion u folpet (ĠU L 311, p. 31).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Denka International BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal‑Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy