Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 – EREF vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑94/07)
“Rikors għal annullament − Rappreżentanza minn avukat li ma għandux il‑kwalità ta’ terz − Inammissibbiltà manifesta”
Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Kundizzjonijiet li jirrigwardaw il‑firmatarju (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19; Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l‑ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(1)) (ara l‑punti 14‑22)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4963 finali, tal‑24 ta’ Ottubru 2006, dwar self minn konsorzju u self bilaterali mogħti fil‑kuntest tal-bini minn Framatome ANP ta’ impjant nukleari għal Teollisuuden Voima Oy.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) għandha tbati l‑ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Full & Egal Universal Law Academy