Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008 – Longevity Health Products vs UASI – Hennig Arzneimittel (Cellutrim)
(Kawża T-169/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali Cellutrim – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Cellidrin – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(a)) (ara l-punti 30, 31)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1123/2006-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Celltech Pharma GmbH & Co. KG, sussegwentement, Hennig Arzneimittel GmbH & Co. KG u Longevity Health Products, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali Cellutrim għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Trade mark Komunitarja Nru 3979036
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Longevity Health Products, Inc.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Celltech Pharma GmbH & Co. KG
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali Cellidrin għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Trade mark Komunitarja inkwistjoni annullata għal dak li jikkonċerna l-prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy