Digriet ta’ l-Imħallef għal miżuri provviżorji ta’ l-14 ta’ Settembru 2007 – AWWW vs FEACVT
(Kawża T-211/07 R)
“Kuntratti pubbliċi – Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 32‑35)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1) u (2)) (ara l-punti 40‑45)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ FEACVT li tirrigwarda l-kuntratt pubbliku Nru 2007/S 13-014125 intitolat “Servizzi ta’ informazzjoni u ta’ analiżi dwar il-kwalità tax-xogħol u l-impjieg, dwar ir-relazzjonijiet industrijali u dwar ir-ristrutturar fuq livell Ewropew”, safejn il-Qorti tal-Prim’Istanza tat deċiżjoni fil-kawża prinċipali.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy