Digriet ta’ l-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-18 ta’ Ottubru 2007 –
Ristic et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-238/07 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Direttiva 96/23/KE – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar ta’ interessi”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 42-43)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 48-50)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni – Kunċett (Artikoli 242 KE u 243 KE) (ara l-punti 72-74)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362/KE, tas-16 ta’ Mejju 2007, li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 138, p. 18).
Dispożittiv
1)
It-talba hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy