Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2008 – Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-241/07)
“Rikors għal annullament – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Italja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE u Artikolu 241 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 9 u 11) (ara l-punti 17-23, 26, 27)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Mejju 2007, li tirrigwarda l-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika Taljana għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32), inkwantu l-Kummissjoni tissuġġetta d-deċiżjoni tagħha li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-imsemmi pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet bil-kundizzjoni li titneħħa l-awtorizzazzjoni, għall-operaturi ta’ impjanti, li jżommu parti mill-kwoti allokati fil-każ ta’ “waqfien minħabba proċess ta’ razzjonalizzazzjoni tal-produzzjoni”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Buzzi Unicem SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy