Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ April 2009 – Tailor vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ but tal-lemin)
(Kawża T-283/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta but tal-lemin – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20-24)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Mejju 2007 (Każ R 668/2006-1), dwar reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta but tal-lemin bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Tom Tailor GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva li tirrappreżenta but tal-lemin għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni Nru 4287769
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
2)
Tom Tailor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy