Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008 – L-Italja vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni
(Kawża T-285/07)
“Kwistjoni proċedurali – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Inammissibbiltà parzjali tar-rikors – Nuqqas ta’ imputabbiltà tal-att ikkontestat lill-Parlament”
Rikors għal annullament - Rikors ippreżentat kontra avviż tal-kompetizzjoni ppubblikat mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti fil-Parlament - Att esklużivament imputabbli lill-Kummissjoni - Rikors ippreżentat kontra l-Kummissjoni u l-Parlament - Inammissibbiltà parzjali (Artikolu 230 KE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91a; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-K[u]mitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat […] tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew 2002/620, Artikolu 4) (ara l-punti 18,19, 21-23, 25-27)
Suġġett
Annullament tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/95/07, sabiex tiġi stabbilita riżerva għar-reklutaġġ ta’ 20 amministratur (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni (librerija/dokumentazzjoni), ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Mejju 2007 (ĠU C 103 A, p. 7).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra l-Parlament.
2)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż li hija sostniet fil-kuntest ta’ dan ir-rikors sa fejn huwa dirett kontra l-Parlament. Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy