Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta' Settembru 2007 – Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-292/07 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Nuqqas li titressaq il-kawża – Inammissibbiltà”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Preżentata ta’ rikors kontra l-att li huwa s-suġġett tat-talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 104(1)) (ara l-punt 2)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tan-noti ta’ debitu bin-numri 3240905385, 3240905379, 3240905378 u 3240905393 maħruġa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratti JAI/DAP/2000/338-C, JAI/2001/DAP/161/C, JAI/2002/DAP/094-W u JAI/2003/DAP/080-W.
Dispożittiv
1) It-talba hija inammissibbli.
2) Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy