Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008 – Stepek vs UASI – Masters Golf Company (GOLF-FASHION MASTERS THE CHOICE TO WIN)
(Kawża T-294/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figuratttiva GOLF-FASHION MASTERS THE CHOICE TO WIN – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti The Masters u trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti The Masters GOLF COMPANY – Ċessjoni tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell – Spejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell”
Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Tqassim tal-ispejjeż (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 81(3) u (6), u 89(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 94(3) u (7)(d)(vi)) (ara l-punti 29-35)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2007 (Każ R 95/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Masters Golf Company Ltd u Wilhem Stepek.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Wilhelm Stepek
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva GOLF-FASHION MASTERS THE CHOICE TO WIN għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 12, 18, 24, 25 u 28 – Applikazzjoni Nru 3136041
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
The Masters Golf Company Ltd
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali figurattiva The Masters għal prodotti fil-klassi 25 u trade mark figurattiva The Masters GOLF COMPANY (Trade mark Komunitarja Nru 1582535) għal prodotti fil-klassijiet 12, 25 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni miċħuda għal prodotti fil-klassijiet 12, 25 u 28
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni definittiva ta’ inammissibbiltà tal-appell
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Wilhelm Stepek huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy