Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Diċembru 2007 – Dow AgroSciences et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-367/07 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 91/414/KEE – Talba għas-sospenżjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali (Artikoli 230 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1); Direttiva tal-Kunsill 91/414; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/437) (ara l-punti 45-46, 48, 59-60, 64)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 86-89, 91, 101)
Suġġett
Talba għas-sospenżjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2007/437/KE tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2007, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-haloxyfop-R fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 163, p. 22) sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.
1)
Dispożittiv
2)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati
Full & Egal Universal Law Academy