Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2008 – Pellegrini vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-375/07)
“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Intermedjarji finanzjarji – Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni – Dispożizzjonijiet legali li jagħtu drittijiet lill-individwi – Rikors manifestament infondat fid-dritt”
Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni li tagħti drittijiet lill-individwi (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 18, 22)
Suġġett
Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali intiż għall-kumpens għad-dannu finanzjarju allegatament sostnut mir-rikorrent minħabba li l-Kummissjoni kienet naqset milli tiżgura l-applikazzjoni sħiħa u l-interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw l-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
Rosario Maria Pellegrini huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
Full & Egal Universal Law Academy