Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2008 – Kaloudis vs UASI – FFT (RolandGarros SPORTSWEAR)
(Kawża T-380/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva RolandGarros SPORTSWEAR – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Roland Garros – Ħlas tardiv tal-ispejjeż tal-appell – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell daqslikieku ma ġiex ippreżentat”
Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Avviż – Irregolaritajiet fl-avviż (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 68) (ara l-punti 30-33)
Suġġett
Rikors ippreżentat d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2007 (Każ R 876/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Fédération française de tennis (FFT) u Dimitrios Kaloudis.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Dimitrios Kaloudis
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva RolandGarros SPORTSWEAR għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni Nru 3114477
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Fédération française de tennis (FFT)
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali Roland Garros għal prodotti fil-klassijiet 3, 16, 18, 22, 25, 28, 32, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
L-appell tar-rikorrent meqjus li ma ġiex ippreżentat minħabba l-ħlas tardiv tal-ispejjeż tal-appell
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat u bħala parzjalment manifestament inammissibbli.
2)
Dimitrios Kaloudis huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy