Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Novembru 2008 – Union nationale de l’apiculture française et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-403/07)
“Rikors għal annullament – Direttiva 91/414/KEE – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Direttiva 2007/52/KE – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414; Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52) (ara l-punti 39-52)
2. Komunitajiet Ewropej – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Atti ta’ portata ġenerali – Neċessità għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrikorru għall-eċċezzjoni ta’ illegalità jew għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, Artikoli 234 KE u 241 KE) (ara l-punti 53-55)
3. Domandi preliminari – Evalwazzjoni tal-validità – Dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ att Komunitarju – Effetti (Artikoli 233 KE u 234 KE) (ara l-punt 56)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE, tas-16 ta’ Awwissu 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-ethoprophos, il-pirimiphos-methyl u l-fipronil bħala sustanzi attivi (ĠU L 214, p. 3).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent.
3)
Union nationale de l’apiculture française, Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV, Unione nazionale associazioni apicoltori italiani u Asociación Galega de Apicultura għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy