Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 – Du Pont de Nemours (Franza) et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-467/07 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 91/414/KEE – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urgenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha in kwistjoni – Setgħa diskrezzjonali ta’ l-Imħallef għal miżuri provviżjorji (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-18)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 30-34)
3. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza methomyl (Ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/628) (ara l-punti 40-46)
4. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Kriterji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza methomyl (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/628) (ara l-punti 53-63)
5. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 88-91, 94, 98)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/628/KE, tad-19 ta’ Settembru 2007, dwar in-non-inklużjoni tal-methomyl fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 255, p. 40), sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy