Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Ġunju 2008 – Dow AgroSciences et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-475/07 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 91/414/KEE – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali (Artikoli 230 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1); Direttiva tal-Kunsill 91/414; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629) (ara l-punti 27-28, 32, 47-48, 67)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 69-72, 77, 103)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ nuqqas ta’ diliġenza tar-rikorrent (Artikolu 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 111)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE, tal-20 ta’ Settembru 2007, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal- awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 255, p. 42) sa ma tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.
Dispożittiv
1)
It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy