Digriet tal‑Qorti Ġenerali (It‑Tmien Awla) tad‑9 ta’ Diċembru 2009 – Deltalinqs u SVZ vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑481/07)
“Għajnuna mill-Istat − Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani insostenn tat-trasport intermodali bil-passaġġi fuq l-ilma interni − Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet − Rikors għal annullament ippreżentat minn assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ impriżi stabbiliti fiż-żona tal-port ta’ Rotterdam − Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva − Inammissibbiltà manifesta”
Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ skema ta’ għajnuna mas-suq komuni - Rikors ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà (Artikolu 88(2) u (3) KE, u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l‑punti 32, 33, 36‑39, 42, 43, 48, 49)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1939 finali, tal‑10 ta’ Mejju 2007, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet, wara l-proċedura ta’ eżami preliminari skont l-Artikolu 88(3) KE, fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna proposta mill-Vlaams Gewest (ir-reġjun Fjamming, il-Belġju) insostenn tat‑trasport intermodali bil-passaġġi fuq l-ilma interni (Għajnuna mill-Istat Nru 682/2006 − Belġju)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Deltalinqs u SVZ, Havenondernemersvereniging Rotterdam, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni.
3)
Il-Vlaams Gewest u Waterwegen en Zeekanaal NV għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy