24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Amministrazione dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Fallimento Olimpiclub Srl
(Kawża C-2/08) (1)
(“VAT - Supremazija tad-dritt Komunitarju - Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tistabilixxi l-prinċipju ta’ res judicata”)
2009/C 256/09
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Amministrazione dell’economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Konvenuta: Fallimento Olimpiclub Srl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tad-Direttiva 77/338/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Supremazija tad-dritt Komunitarju — Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali intiża sabiex tistabbilixxi l-prinċipju ta’ res judicata li twassal għal riżultat li jmur kontra d-dritt Komunitarju fil-qasam tal-VAT
Dispożittiv
Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali bħall-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan (codice civile) f’kawża dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud li tirrigwarda sena ta’ tassazzjoni li għaliha tkun għadha ma ngħatat l-ebda sentenza ġudizzjarja definittiva inkwantu timpedixxi lill-qorti nazzjonali adita b’din il-kawża milli tikkunsidra regoli tad-dritt Komunitarju dwar il-prattiki abbużivi marbuta mal-imsemmija taxxa.
(1) ĠU C 79, 29.03.2008.
Full & Egal Universal Law Academy