21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal du travail de Nivelles — Il-Belġju) — Ketty Leyman vs Institut national d’assurance maladie-invalidité (INAMI)
(Kawża C-3/08) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Skemi ta’ siġurtà soċjali - Benefiċċji ta’ invalidità - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 40(3) - Skemi differenti ta’ benefiċċji fl-Istati Membri - Żvantaġġi għall-ħaddiema migranti - Kontribuzzjonijiet mingħajr ebda ritorn)
2009/C 282/11
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal du travail de Nivelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ketty Leyman
Konvenut: Institut national d’assurance maladie-invalidité (INAMI)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal du travail de Nivelles (Il-Belġju) — Validità, fid-dawl tal-Artikolu 18 KE tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU L 149, p. 2), kif emendat — Benefiċċji ta’ invalidità — Ostaklu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu, li jirriżulta mill-eżistenza ta’ skemi differenti ta’ benefiċċji
Dispożittiv
L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru milli japplikaw leġiżlazzjoni nazzjonali li, skont l-Artikolu 40(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, tissuġġetta l-akkwist tad-dritt għall-benefiċċji ta’ invalidità għall-iskadenza ta’ perijodu ta’ inkapaċità primarja ta’ sena meta tali applikazzjoni jkollha l-konsegwenza li ħaddiem migrant ikun ħallas lill-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru kontribuzzjonijiet mingħajr ebda ritorn u jkun għalhekk żvantaġġat meta mqabbel ma’ ħaddiem li mhuwiex migrant.
(1) ĠU C 79, 29.03.2008
Full & Egal Universal Law Academy