29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — Har Vaessen Douane Service BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-7/08) (1)
(Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni - Regolament (KEE) Nru 918/83 - Artikolu 27 - Merkanzija ta’ valur individwali negliġibbli mibgħuta bħala kunsinna kollettiva - Kunsinni mibgħuta direttament minn Stat terz lil kunsinnatarju fil-Komunità)
2009/C 205/09
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Har Vaessen Douane Service BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag (l-Olanda) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3357/91 (ĠU L 105, p. 1) — Kunsinni mibgħuta direttament minn Stat terz lil kunsinnatarju fil-Komunità u li kull waħda minnhom għandha valur negliġibbli iżda li saru fil-forma ta’ kunsinna kollettiva li għandha valur intrinsiku totali li jaqbeż il-valur massimu leġiżlattiv.
Dispożittiv
L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3357/91, tas-7 ta’ Novembru 1991, ma jipprekludix li kunsinni kollettivi ta’ merkanzija, li l-valur intrinsiku totali tagħhom jaqbeż il-limitu previst fl-imsemmi Artikolu 27, iżda li, ikkunsidrati separatament, għandhom valur negliġibbli, jingħataw eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni, bil-kundizzjoni li kull pakkett tal-kunsinna kollettiva jkun indirizzat individwalment lil kunsinnatarju li jinsab fil-Komunità Ewropea. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-parti l-oħra fil-kuntratt ma’ dawn il-kunsinnatarji tkun hija stess stabbilita fil-Komunità Ewropea huwa irrilevanti meta l-merkanzija tintbagħat direttament minn Stat terz lill-imsemmija kunsinnatarji.
(1) ĠU C 92, 12.04.2008
Full & Egal Universal Law Academy