16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Finlandja
(Kawża C-10/08) (1)
(Taxxa fuq il-vetturi bil-mutur użati importati fil-Finlandja minn Stati Membri oħra - Konformità tal-liġi nazzjonali mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE, mas-Sitt Direttiva tal-VAT u mad-Direttiva 2006/112/KE)
2009/C 113/17
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Koskinen u D. Triantafyllou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 90 KE u 17, Nri 1 u 2, tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p.1), li saru l-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva 206/112/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Liġi nazzjonali li tipprevedi taxxa fuq il-valur miżjud miġbura fuq it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur u dritt wara ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jikkorrispondi għall-istess ammont — Applikazzjoni ta’ rata ta’ tnaqqis ta’ valur ta’ 0.8 % kull xahar għall-vetturi bil-mutur li għandhom inqas minn sitt xhur meta ma jkunx hemm vetturi bil-mutur ekwivalenti fis-suq nazzjonali
Dispożittiv
1)
Billi ppermettiet li t-taxxa msemmija fl-Artikolu 5 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur [autoverolaki (1482/1994)] tad-29 ta’ Diċembru 1994, titnaqqas mill-valur miżjud, skont l-Artikolu 102, Nru 1, punt 4 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud [arvonlisäverolaki (1501/1993)], tat-30 ta’ Diċembru 1993, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE, kif ukoll taħt l-Artikolu 17, Nri 1 u 2, tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li saru l-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
2)
Billi żammet, fit-tassazzjoni tal-vetturi bil-mutur, l-istess valur taxxabbli għall-vetturi bil-mutur ta’ inqas minn tliet xhur bħal dak tal-vetturi bil-mutur ġodda, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Ir-repubblika tal-Finlandja għandha tbati, barra mill-ispejjeż tagħha, tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-komunitajiet Ewropej.
5)
Il-Kummissjoni tal-komunitajiet Ewropej għandha tbati l-bqija tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy