29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5 de San Javier — Spanja) — Roda Golf & Beach Resort SL
(Kawża C-14/08) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kunċett ta’ “kawża” - Regolament (KE) Nru 1348/2000 - Notifika ta’ atti extra-ġudizzjarji fin-nuqqas ta’ proċeduri legali - Att notarili)
2009/C 205/10
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5de San Javier
Parti fil-kawża prinċipali
Roda Golf & Beach Resort SL
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5 de San Javier — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (ĠU L 160, p. 37) — Notifika ta’ dokumenti esklużivament extra-ġudizzjarji u bejn persuni privati permezz tar-riżorsi materjali u tal-persunal tal-qrati tal-Unjoni Ewropea fin-nuqqas ta’ proċeduri legali.
Dispożittiv
In-notifika, fin-nuqqas ta’ proċeduri legali, ta’ att notarili bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1348/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.
(1) ĠU C 92, 12.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy