1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa — ir-Repubblika tal-Latvja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-16/08) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Klassifika tat-tariffi - Nomenklatura magħquda - Apparat ta’ matriċi attiva ta’ kristall likwidu)
2009/C 180/21
Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Schenker SIA
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administratīvā apgabaltiesa — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, p. 1) — Apparat ta’ matriċi attiva ta’ kristall likwidu (LCD) — Klassifikazzjoni fl-intestatura 8528 21 90 jew 9013 80 20 tan-nomenklatura magħquda — Oġġett li jippreżenta jew le l-karatteristiċi essenzjali ta’ prodott komplut jew mitmum.
Dispożittiv
Is-subintestatura 8528 21 90 tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fid-29 ta’ Diċembru 2004, l-imsemmija subintestatura ma kinitx tapplika għall-apparat ta’ matriċi attiva ta’ kristall likwidu (LCD) li huwa kompost prinċipalment mill-elementi li ġejjin:
—
żewġ folji tal-ħġieġ;
—
saff ta’ kristalli likwidi mdaħħla bejn il-folji;
—
signal drivers vertikali u orizzontali;
—
unità ta’ dawl minn wara l-iskrin;
—
power supply li jiġġenera vultaġġ għoli għall-unità ta’ dawl minn wara l-iskrin, u
—
ċentru ta’ kontroll — interface ta’ trażmissjoni ta’ data (PCB jew PWB tal-kontroll) li jassigura t-trażmissjoni sekwenzjali tad-data lil kull pixel (punt) tal-modulu LCD permezz ta’ teknoloġija speċifika — LVDS (sinjal differenzjali b’vultaġġ baxx).
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy