10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance de Bordeaux — Franza) — Foselev Sud-Ouest SARL vs Administration des douanes et droits indirects
(Kawża C-18/08) (1)
(Taxxa fuq il-vetturi bil-mutur - Direttiva 1999/62/KE - Ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi - Artikolu 6(2)(b) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova eżenzjoni - Nuqqas ta' effett dirett)
(2009/C 6/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d'instance de Bordeaux
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Foselev Sud-Ouest SARL
Konvenuta: Administration des douanes et droits indirects
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal d'instance de Bordeaux (Franza) — Interpretazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2005 dwar talba għal eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur ippreżentata minn Franza skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 158, p. 23) — Din id-deċiżjoni għandha effett dirett jew, peress li hija deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni, teħtieġ miżura nazzjonali ta' implementazzjoni?
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/449/KE tal-20 ta' Ġunju 2005 dwar talba għal eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur ippreżentata minn Franza skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, ma tistax tiġi invokata minn individwu kontra r-Repubblika Franċiża, li hija d-destinatarja ta' din id-deċiżjoni, bil-għan li jikseb il-benefiċċju tal-eżenzjoni awtorizzata minn din tal-aħħar mid-data tan-notifika jew tal-pubblikazzjoni tagħha.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy