28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tad-29 ta' Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs The Bavarian Lager Co. Ltd, Contrôleur européen de la protection des données (CEPD)
(Kawża C-28/08 P) (1)
(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Dokument li jirrigwarda laqgħa li saret fil-kuntest ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Protezzjoni tad-data personali - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Regolament (KE) Nru 1049/2001)
2010/C 234/04
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Docksey u P. Aalto, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u V. Jackson, aġenti, J. Coppel, barrister), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)
Partijiet l-oħra fil-kawża: The Bavarian Lager Co. Ltd (rappreżentanti: J. Webber u M. Readings, Solicitors), Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: H. Hijmans, A. Scirocco u H. Kranenborg, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: B. Weis Fogh, aġent), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), Ir-Renju tas-Sveżja (rappreżentant par K. Petkovska, aġent)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2007, The Bavarian Lager Co. Ltd vs Il-Kummissjoni (T-194/04), li annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2004 li biha ċaħdet l-aċċess lir-rikorrent għal dokument dwar laqgħa miżmuma fil-kuntest ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi dwar id-dispożizzjonijiet tar-Renju Unit applikabbli għall-bejgħ ta’ birer li ġejjin minn Stati Membri oħrajn għal ħwienet tax-xorb fir-Renju Unit — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta’ Novembru 2007, Bavarian Lager vs Il-Kummissjoni (T-194/04), hija annullata, sa fejn tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2004, dwar iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni ta’ aċċess komplet għall-minuti tal-laqgħa tal-11 ta’ Ottubru 1996, li fihom l-ismijiet kollha, u sa fejn tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż ta’ Bavarian Lager.
(2)
Ir-rikors ta’ The Bavarian Lager Co. Ltd kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2004, dwar iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni ta’ aċċess komplet għall-minuti tal-laqgħa tal-11 ta’ Ottubru 1996, li fihom l-ismijiet kollha huwa miċħud.
(3)
The Bavarian Lager Co. Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż imġarba mill-Kummissjoni kemm fil-kuntest tal-proċedura tal-appell kif ukoll dik tal-ewwel istanza.
(4)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 79, 29.03.2008.
Full & Egal Universal Law Academy