4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Mejju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale ordinario di Padova — L-Italja) — Azienda Agricola Disarò Antonio vs Cooperativa Milka 2000 Soc. coop. arl
(Kawża C-34/08) (1)
(Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Kwoti tal-ħalib - Taxxa - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 - Għanijiet tal-politika agrikola komuni - Prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità - Determinazzjoni tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali - Kriterji - Rilevanza tal-kriterju ta’ Stat Membru b’defiċit ta’ produzzjoni)
2009/C 153/21
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Padova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Azienda Agricola Disarò Antonio
Konvenuta: Cooperativa Milka 2000 Soc. coop. arl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Padova — Interpretazzjoni u validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU L 270, p. 123) — Regolament li ma jiħux inkunsiderazzjoni l-aġġornament perijodiku, għal kull pajjiż, tal-kwantitjiet ta’ referenza eżenti mit-taxxa u li japplika t-taxxa addizzjonali b’mod identiku għall-produtturi bi produzzjoni żejda u b’defiċit ta’ produzzjoni — Inkompatibbiltà mal-Artikoli 5, 32, 33 u 34 KE
Dispożittiv
1)
Il-fatt li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, ma jiħux inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali, il-fatt li l-Istat Membru kkonċernat jkollu defiċit ta’ produzzjoni ma jistax jaffettwa l-konformità ta’ dan ir regolament mal-għanijiet previsti b’mod partikolari fl-Artikolu 33(1)(a) u (b) KE.
2)
Mill-eżami tar-Regolament Nru 1788/2003 fid-dawl tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni ma rriżulta ebda element ta’ natura tali li jaffettwa l-validità ta’ dan ir-regolament.
3)
Mill-eżami tar-Regolament Nru 1788/2003 fid-dawl tal-prinċipju ta’ proprozjonalità ma rriżulta ebda element ta’ natura tali li jaffettwa l-validità ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy