7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, London — ir-Renju Unit) — RCI Europe vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
(Kawża C-37/08) (1)
(“Sitt Direttiva tal-VAT - Konnessjoni fiskali - Provvista ta’ servizzi konnessi ma’ proprjetà immobbli - Servizzi li jikkonsistu fil-faċilitazzjoni tal-iskambju minn individwi li għandhom dritt ta’ użu fuq proprjetà immobbli li tintuża għall-vaganzi”)
2009/C 267/25
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
VAT and Duties Tribunal, London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RCI Europe
Konvenuta: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — VAT and Duties Tribunal, London — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2)(a) u tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 77/388/KEE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Determinazzjoni tal-post ta’ konnessjoni fiskali — Provvista ta’ servizzi li jikkonsistu fil-faċilitazzjoni tal-iskambju minn individwi li għandhom dritt ta’ użu fuq proprjetà immobbli li tintuża minn persuni li jkunu għal vaganzi, li huma membri ta’ assoċjazzjoni stabbilita mill-persuna taxxabbli għal dan il-għan, mad-drittijiet ta’ individwi oħra
Dispożittiv
L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post fejn servizzi jiġu pprovduti minn assoċjazzjoni li l-attività tagħha tikkonsisti fl-organizzazzjoni ta’ skambju bejn il-membri tagħha tad-drittijiet tagħhom ta’ timeshare fuq akkomodazzjonijiet għal vaganzi, u li għalihom l-assoċjazzjoni tirċievi mingħand il-membri tagħha, ħlas ta’ reġistrazzjoni, abbonament annwali kif ukoll miżata ta’ skambju, huwa l-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli li fuqha l-membru kkonċernat ikollu dritt ta’ timeshare.
(1) ĠU C 92, 12.04.2008
Full & Egal Universal Law Academy