24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-41/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 86/378/KEE u 96/97/KE - Trattament ugwali bejn irġiel u nisa - Traspożizzjoni inkompleta)
(2009/C 19/14)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u P. Ondrůšek, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għal irġiel u nisa fi skemi tax-xogħol ta' sigurtà soċjali (ĠU L 225, p. 40) kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 86/378/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fi skemi tax-xogħol tas-sigurtà soċjali (ĠU L 46, p. 20).
Dispożittiv
1)
Billi m'adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttivi tal-Kunsill 86/378/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għal irġiel u nisa fi skemi tax-xogħol ta' sigurtà soċjali, u 96/97/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 86/378/KEE, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-Direttivi u taħt l-Artikolu 54 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea.
2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy