9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta' Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Belġju
(Kawża C-47/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 43 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjoni ta’ ċittadinanza - Artikolu 45 - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Direttiva 89/48/KEE)
2011/C 204/02
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: J.-P. Keppenne, H. Støvlbæk u G. Zavvos, aġenti]
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: M. S. Ossowski, aġent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju [rappreżentanti: C. Pochet, L. Van den Broeck, aġenti u H. Gilliams, L. Goossens, avukati]
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti), ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: L. Ostrovska, K. Drēviņa u J. Barbale, aġenti), ir-Repubblika tal-Litwanija (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent), ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: J. Fazekas, R. Somssich, K. Veres u M. Fehér, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: J. Čorba u B. Ricziová, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 45 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-aċċess għall-professjoni ta’ nutar u l-eżerċizzju tagħha għal kundizzjoni ta’ ċittadinanza — Ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment — Portata tal-eċċezzjoni dwar l-attivitajiet li huma parti mill-eżerċizzju tal-awtorità pubblika — Ħtieġa ta’ parteċipazzjoni diretta u speċifika għal tali eżerċizzju — Nuqqas ta’ traspożizzjoni, f’dak li jikkonċerna l-professjoni ta’ nutar, tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 337)
Dispożittiv
(1)
Billi impona kundizzjoni ta’ ċittadinanza għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 43 KE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 128, 24.05.2008.
Full & Egal Universal Law Academy