9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-50/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 43 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjoni ta’ ċittadinanza - Artikolu 45 KE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika)
2011/C 204/03
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u H. Støvlbæk, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. De Bergues u B. Messmer, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: T. Ivanov u E. Petranova, aġenti), ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent), ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: L. Ostrovska, K. Drēviņa u J. Barbale, aġenti), ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u E. Matulionytė, aġenti), ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: R. Somssich, K. Veres u M. Fehér, aġenti), ir-Rumanija (rappreżentanti: C. Osman, A. Gheorghiu, A. Stoia u A. Popescu, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: J. Čorba u B. Ricziová, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 u 45 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-aċċess għall-professjoni ta’ nutar u l-eżerċizzju tagħha għal kundizzjoni ta’ ċittadinanza — Ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment — Portata tal-eċċezzjoni dwar l-attivitajiet li huma parti mill-eżerċizzju tal-awtorità pubblika — Rekwiżit ta’ parteċipazzjoni diretta u speċifika f’tali eżerċizzju
Dispożittiv
(1)
Billi imponiet kundizzjoni ta’ ċittadinanza għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 KE.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 128, 24.05.2008.
Full & Egal Universal Law Academy