9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-51/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 43 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjoni ta’ ċittadinanza - Artikolu 45 KE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Direttiva 89/48/KEE)
2011/C 204/04
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u H. Støvlbæk, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent u J.-J. Lorang, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka, (rappreżentant: M. Smolek, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u M. Messmer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: L. Ostrovska, K. Drēviņa u J. Barbale, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u E. Matulionytė, agenti), Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: J. Fazekas, R. Somssich, K. Veres u M. Fehér, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Dowgielewicz, C. Herma u D. Lutostańska, aġenti), Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: J. Čorba, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 45 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-aċċess għall-professjoni ta’ nutar u l-eżerċizzju tagħha għal kundizzjoni ta’ ċittadinanza — Ostakolu għal-libertà tal-istabbiliment — Portata tal-eċċezzjoni dwar l-attivitajiet konessi mal-eżerċiżżju ta’ awtorità pubblika — Bżonn ta’ konessjoni diretta jew speċifika ma’ tali eżerċizzju — Nuqqas ta’ traspożizzjoni, fir-rigward tal-professjoni ta’ nutar, tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 5, Vol. 1, p. 337).
Dispożittiv
(1)
Billi impona kundizzjoni ta’ ċittadinanza għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 43 KE.
(2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 128, 24.05.2008.
Full & Egal Universal Law Academy