9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-53/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 43 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjoni ta’ ċittadinanza - Artikolu 45 KE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Direttivi 89/48/KEE u 2005/36/KE)
2011/C 204/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u H. Støvlbæk, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: S. Behzadi-Spencer, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl, M. Aufner u G. Holley, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-partijiet l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Kemper, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Latvija (rappreżentanti: L. Ostrovska, K. Drēviņa u J. Barbale, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u E. Matulionytė, aġenti), Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: R. Somssich, K. Veres u M. Fehér, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Dowgielewicz, C. Herma u D. Lutostańska, aġenti), Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u Ž. Cilenšek Bončina, aġenti), Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: J. Čorba, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 u 45 KE — Nuqqas ta’ traspożizzjoni, f’dak li jirrigwarda l-professjoni ta’ nutar, tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) u tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar għall-kundizzjoni tan-nazzjonalità — Kunċett ta’ “attività konnessa ma’ l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika”.
Dispożittiv
(1)
Billi imponiet kundizzjoni ta’ ċittadinanza għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 KE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Awstrija, Ir-Repubblika Ċeka, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Repubblika tal-Latvja, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika tal-Ungerija, Ir-Repubblika tal-Polonja, Ir-Repubblika tas-Slovenja, Ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 107, 26.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy