12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Halduskohus — Ir-Repubblika tal-Estonja) — Pärlitigu OÜ vs Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus
(Kawża C-56/08) (1)
(“Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Subintestatura NM 05119110 - Subintestatura NM 03032200 - Xewk tad-dahar iffriżat ta’ salamun tat-trobbija tal-Atlantiku - Regolament (KE) Nru 85/2006 - Dazji antidumping”)
2009/C 220/12
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Halduskohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pärlitigu OÜ
Konvenuta: Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tallinna Halduskohus — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, p. 1), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali — Validità tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 15, p. 1) — Klassifikazzjoni fl-intestatura 0303220015 (salamun tat-trobbija ffriżat, oħrajn) jew 0511911000 (skart tal-ħut), għall-finijiet tal-ġbir ta’ dazji antidumping — Xewk tad-dahar iffriżat ta’ salamun tat-trobbija tal-Atlantiku miksub wara li l-ħut jinqata’ fi flettijiet
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta’ Ottubru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li x-xewk tad-dahar iffriżat tas-salamun tat-trobbija tal-Atlantiku (Salmo salar), miksub wara li l-ħut jinqata’ fi flettijiet, għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 0303 22 00 bil-kundizzjoni li l-merkanzija tkun adattata għall-konsum mill-bniedem fil-mument tal-iżdoganar, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.
(1) ĠU C 92, 12.04.2008
Full & Egal Universal Law Academy