31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court — ir-Renju Unit)) — The Queen, fuq talba ta’: Vodafone Ltd, Telefónica O2 Europe plc, T-Mobile International AG, Orange Personal Communications Services Ltd vs Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform
(Kawża C-58/08) (1)
(Regolament (KE) Nru 717/2007 - Roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità - Validità - Bażi legali - Artikolu 95 KE - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà)
2010/C 209/04
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: Vodafone Ltd, Telefónica O2 Europe plc, T-Mobile International AG, Orange Personal Communications Services Ltd
Konvenut: Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform
Fil preżenza ta’: Office of Communications, Hutchinson 3G UK Ltd, GSM Association
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Validità tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE ( 171, p. 32) — Għażla tal-bażi legali — Validità tal-Artikoli 4, 2(a) u 6(3) tad-direttiva, li jimponu tariffa massima għal sejħiet roaming, fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporżjonalità u ta’ sussidjarità.
Dispożittiv
L-eżami tad-domandi ppreżentati ma żvelax elementi ta’ natura li jaffettwaw il-validità tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2007, dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE.
(1) ĠU C 107, 26.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy