9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-61/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 43 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjoni ta’ ċittadinanza - Artikolu 45 KE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Direttiva 89/48/KEE)
2011/C 204/08
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: S. Ossowski, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Christianos, E.-M. Mamouna u A. Samoni-Rantou, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u E. Matulionytė, aġenti), Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u Ž. Cilenšek Bončina, aġenti), Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: J. Čorba u B. Ricziová, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 u 45 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 1, p. 337) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar għall-kundizzjoni ta’ ċittadinanza
Dispożittiv
(1)
Bl-impożizzjoni ta’ kundizzjoni ta’ ċittadinanza għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 KE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 92, 12.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy