22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-70/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/72/KE - Statut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea - Involviment tal-ħaddiema fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpannija - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)
(2008/C 301/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u J. Enegren, aġenti)
Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE, tat-22 ta' Lulju 2003, li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta' l-impjegati (ĠU L 207, p. 25)
Dispożittiv
1)
Billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE, tat-22 ta' Lulju 2003, li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta' l-impjegati, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(1) ta' din id-direttiva;
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 116, 9.5.2008.
Full & Egal Universal Law Academy