4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — The Queen, Christopher Mellor vs Secretary of State for Communities and Local Government
(Kawża C-75/08) (1)
(Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-impatt ta’ proġetti fuq l-ambjent - Obbligu ta’ pubblikazzjoni tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni li ma ssirx stima ta’ proġett)
2009/C 153/22
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, Christopher Mellor
Konvenut: Secretary of State for Communities and Local Government
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Obbligu li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-motivazzjoni ta’ deċiżjoni li ma ssirx stima ta’ proġett li jaqa’ taħt il-klassijiet elenkati fl-Anness II tad-direttiva
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma teħtieġx li d-deċiżjoni, li tikkonkludi li mhuwiex neċessarju li proġett li jaqa’ taħt l-Anness II ta’ din id-direttiva jkun suġġett għal stima tal-impatt ambjentali, tinkludi hija stess ir-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti ddeċidiet li din ma kinitx neċessarja. Madankollu, fl-ipoteżi fejn persuna interessata titlobha, l-awtorità amministrattiva kompetenti għandha l-obbligu li tikkomunikalha l-motivi li għalihom din id-deċiżjoni ttieħdet jew l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti bi tweġiba għat-talba ġiet ippreżentata.
2)
Fl-ipoteżi fejn id-deċiżjoni ta’ Stat Membru li ma jissuġġettax proġett li jaqa’ taħt l-Anness II tad-Direttiva 85/337, kif emendata mid-Direttiva 2003/35, għal stima tal-impatt ambjentali skont l-Artikoli 5 sa 10 ta’ din id-direttiva tindika l-motivi li fuqhom hija bbażata, din id-deċiżjoni hija mmotivata biżżejjed ladarba l-motivi li hija tinkludi, flimkien mal-elementi li diġà ġew informati lill-persuni interessati, u eventwalment ikkompletati mill-informazzjoni supplimentari neċessarja li l-amministrazzjoni nazzjonali kompetenti hija marbuta li tipprovdilhom fuq talba tagħhom, ikunu tali li jippermettulhom li jikkunsidraw l-opportunità li jippreżentaw rikors kontra din id-deċiżjoni.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008
Full & Egal Universal Law Academy