22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paint Graphos Soc. coop. arl (C-78/08), Adige Carni Soc. coop. arl, fi stralċ vs Agenzia delle Entrate, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-79/08), u Ministero delle Finanze vs Michele Franchetto (C-80/08)
(Kawżi magħquda C-78/08 sa C-80/08) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Għajnuna mill-Istat - Vantaġġi fiskali mogħtija lis-soċjetajiet kooperattivi - Klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 KE - Kompatibbiltà mas-suq komuni - Kundizzjonijiet)
2011/C 311/06
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate (C-78/08), Adige Carni Soc. coop. arl, fi stralċ (C-79/08), Ministero delle Finanze (C-80/08)
Konvenuti: Paint Graphos scarl (C-78/08), Agenzia delle Entrate, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-79/08), Michele Franchetto (C-80/08)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikoli 81 KE, 87 KE u 88 KE, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 280), u tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE, tat-22 ta’ Lulju 2003, li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 338) — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Liġi Taljana li tagħti vantaġġi fiskali lill-kooperattivi agrikoli, tal-produzzjoni u tal- ħaddiema
Dispożittiv
Eżenzjonijiet fiskali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija lis-soċjetajiet kooperattivi tal-produzzjoni u tax-xogħol taħt leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 11 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 601, tad-29 ta’ Settembru 1973, li jirregola l-vantaġġi fiskali, fil-verżjoni tiegħu li kienet fis-seħħ mill-1984 sal-1993, jikkostitwixxu “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE biss jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Fir-rigward ta’ sitwazzjoni bħal dik li wasslet għall-kawżi li għandha quddiemha l-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tevalwa b’mod iktar partikolari n-natura selettiva tal-eżenzjonijiet fiskali kkonċernati kif ukoll l-eventwali ġustifikazzjoni tagħhom minħabba n-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali nazzjonali li jagħmlu parti minnha, u dan billi tiddetermina, b’mod partikolari, jekk is-soċjetajiet kooperattivi inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jinsabux fil-fatt f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ operaturi oħra inkorporati fil-forma ta’ entitajiet ġuridiċi bi skop ta’ lukru u, jekk dan effettivament ikun il-każ, jekk it-trattament fiskali iktar favorevoli rriżervat lill-imsemmija soċjetajiet kooperattivi huwiex, minn naħa, inerenti għall-prinċipji essenzjali tas-sistema ta’ tassazzjoni applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat u, min-naħa l-oħra, konformi mal-prinċipji ta’ koerenza u ta’ proporzjonalità.
(1) ĠU C 116, 09.05.2008.
Full & Egal Universal Law Academy