22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-25 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-87/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/73/KE - Miżuri ta' eżekuzzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE - Rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta' ħidma tal-impriżi tal-investiment - Non-traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)
(2008/C 301/25)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentant: P. Dejmek, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jittrasponi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta' Awwissu 2006, li timplementa d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39/KE rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta' ħidma tal-impriżi tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' din id-direttiva (ĠU L 241, p. 26)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta' Awwissu 2006, li timplementa d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39/KE rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta' ħidma tal-impriżi tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' din id-direttiva, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 53(1) ta' din id-Direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy